Lokali Qorti

Krautscheid kien fi stat ta’ ġenn meta wettaq serqa f’Tas-Sliema

Fil-Qorti ġie deċiż illi raġel illi wettaq serqa bl-użu ta’ pepper spray fl-2020, għamel dan l-att meta kien fi stat ta’ mard mentali. B’verdett ta’ 7 voti favur u 2 kontra, kien konkluż li l-Ġermaniż Oliver Krautscheid kien fi stat ta’ ġenn meta allegatament wettaq is-serqa f’Tas-Sliema. Is-serqa seħħet fil-25 ta’ Frar tas-sena li għaddiet minn ħanut tal-frott u ħaxix.

Il-ġurin instema’ quddiem l-Imħallef Aaron Bugeja u l-ġurati riedu jiddeċiedu dwar l-istat mentali tal-akkużat dak inhar tal-allegat reat qabel titkompla l-kawża kriminali fil-konfront tiegħu. Ġurija li bdiet tisma’ l-każ nhar it-Tnejn ddikjarat raġel Ġermaniż ta ’33 sena, mhux tajjeb biex jgħaddi ġuri għal serq fejn intużat ukoll arma minħabba li dak iż-żmien kien fi stat ta’ ġenn.

Il-ġurija mħejjija apposta ddeċidiet li r-raġel kien legalment ġenn fiż-żmien tas-serqa li seħħet fi Triq Creche, Tas-Sliema. Il-ġurati kkonkludew li Krautscheid, sid ta ’negozju, ma kienx kapaċi jifforma l-intenzjoni kriminali meħtieġa meta daħal f’maħżen bil-‘pepper spray’ u sprejja fuq il-kaxxier, u żvojta l-‘cash register’, sakemm ħarab minn fuq il-post sakemm ftit tal-ħin wara nqabad mill-pulizija mir-Rapid Intervention Unit.

Il-Qorti ordnat li Krautschied jinżamm fl-Isptar Monte Karmeli sakemm il-psikjatri jiddikjarawh tajjeb biex jirritorna fis-soċjetà. L-avukati Ezekiel Psaila u Dustin Camilleri kienu avukati difensuri. nGħall-akkużat dehru l-Avukati Dustin Camilleri u Ezekiel Psaila. Krautscheid, ken sid ta’ negozju.