Logħba mill-iktar interessanti illum f’San Pietruburgu fejn l-Iżvezja tilgħab kontra s-Slovakkja. Dawn iż-żewġ naħat issorprendew fl-ewwel ħarġa tagħhom fejn it-tnejn forsi ma kienux meqjusa bħala favoriti li jgħaddu minn Grupp E, grupp li jinkludi wkoll lil Spanja u l-Polonja.
Fl-ewwel logħba tagħhom l-Iżvezja b’difiża mill-aqwa u ferm organizzata kisbu punt ta’ mingħajr gowls kontra Spanja, filwaqt li s-Slovakkja marru aħjar minn hekk meta għelbu lill-Polonja 2-1.
Issa mingħajr dubju l-pressjoni tinsab fuq it-tim Żvediż li issa għal din il-logħba ma jistax joqgħod jistenna lill-avversarji iżda jrid jagħmel il-logħba u jipprova jinfed id-difiża tas-Slovakki mmexxija minn Milan Skriniar.
Din it-tip ta’ logħba tista’ tkun ideali għas-Slovakki li jistgħu jilagħbu bl-istess pjan tattiku li tant irnexxa kontra l-Polonja. Marek Hamsik li għandu 33 sena mistenni li jerġa’ jkun inkluż fl-iskwadra minkejja li hemm dubji kemm il-plejer ikun jista’ jilgħab tliet logħbiet fi spazju ta’ għaxart ijiem.
Grupp Ċ: Żvezja v Slovakkja 3.00pm
//= $special ?>