EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

Opinjoni | Kemm jirrendi tkun kowċ

(Ritratt: EPA)

Charles Camenzuli  

Fid-dinja tal-futbol internazzjonali trid u ma tridx tikkummenta fuq il-flejjes kbar li ċerti plejers idaħħlu. Il-Euro2020 huwa l-vetrina ideali biex titla l-kwota ta’ certi plejers iżda wkoll ta’ dawk il-kowċis li f’xahar ikunu qed imexxu lit-tim rispettiv. Id-dħul finanżjarju tal-24 kowċ tat-timijiet finalisti jvarja minn Joachim Low fl-aħħar dehriet tiegħu mal-Ġermanja li kull sena jdaħħal €4.75 miljun Ewro filwaqt li l-inqas imħallas huwa Igor Angelovski tal-Maċedonja ta’ Fuq li jaqla biss 90,000 Ewro .

Il-lista skond id-dħul ta’kull kowċ fil-ġrupp rispettiv hija hekk :

Grupp A: Roberto Mancini — Italja : €2 m, Vladimir Petkovic — Żvizzera: €1.32m, Senol Gunes — Turkija: €1m, Rob Page — Wales : € 500,000 Grupp B: Stanislav Cherchesov — Russja : €2.5m, Roberto Martinez — Belġju : €1.2m, Kasper Hjulmand — Danimarka : € 270,000, Markku Kanerva — Fillandja : € 190,000 Grupp Ċ: Frank de Boer — Olanda : €3m, Andriy Shevchenko — Ukrajna : € 700,000, Franco Foda — Awstrija : € 370,000, Igor Angelovski — Maċedonja ta’Fuq : € 90,000 Grupp D: Gareth Southgate — Ingilterra : €3m, Zlatko Dalic — Kroazja : € 550,000, Steve Clarke — Skozja : € 420,00, Jaroslav Slihavy — Rep. Ċeka : € 300,000 Grupp E: Luis Enrique —Spanja : € 1.5m, Paulo Sousa — Polonja : € 840,000, Janne Andersson — Svezja : € 450,000Stefan Tarkovic — Slovakkja : € 180,000 Grupp F: Joachim Low — Ġermanja : €4.75m, Didier Deschamps — Franza : €4.39m, Fernando Santos — Portugall : €2.25m, Marco Rossi — Ungerija : € 300,000

S’intendi dawn huma ammonti indikattivi li iżda jgħatu stampa dwar id-differenza bejn federazzjoni u oħra.