F’Wembley Stadium, l-Ingilterra tilgħab kontra l-Iskozja f’partita minn Grupp D. Rebħa għall-Ingilterra tfisser kwalifikazzjoni għall-fażi li jmiss wara r-rebħa fl-ewwel partita kontra l-Kroazja. L-Iskozja wkoll se tkun qed tfittex li tikseb il-punti minn din il-partita sabiex tibqa’ tittama fi kwalifikazzjoni. Din il-partita għandha wkoll storja kbira hekk kif teżisti mhux biss rivalità sportiva bejn iż-żewġ nazzjonijiet iżda teżisiti wkoll rivalità fuq livell ta’ storja bejn iż-żewġ nazzjonijiet.
Għal din il-partita għall-Ingilterra mistenni jirritorna d-difensur Harry Maguire wara li sofra l-bidu ta’ dan it-tournament minħabba injury, bil-kowċ Ingliż Gareth Southgate mhux mistenni jbiddel ħafna minn dak li uża fl-ewwel partita hekk kif irnexxielu jirbaħ 1-0 kontra l-Kroazja.
Għall-Iskozja, minkejja li kienu dominanti fl-ewwel partita, fejn ħolqu bosta ċansijiet ta’ skor kontra r-Repubblika Ċeka, huma xorta tilfu bl-iskor ta’ 2-0. Għall-partita kontra l-Ingilterra se jkun qed jirritorna d-difensur ta’ Arsenal Kieran Tierney hekk kif kien nieqes minħabba injury.
Fil-passat iż-żewġ pajjiżi ltaqgħu 114-il darba bit-tim Ingliż jirbaħ 48 partita filwaqt li l-Iskozja tirbaħ 41 partita.
Grupp D: Ingilterra v Skozja 9.00pm
//= $special ?>