Internazzjonali

Poots jirriżenja wara inqas minn xahar fil-pożizzjoni

Il-Kap tal-Partit Demokratiku Unjonista fl-Irlanda, Edwin Poots ħabbar li se jirriżenja mill-pożizzjoni wara li inqas minn xahar ilu kien ħa dan l-irwol.

Poots qal li se jibqa’ jaqdi dmirijietu f’dan l-irwol sakemm tiġi maħtura persuna oħra għal din il-pożizzjoni.

Id-dikjarazzjoni ta’ Poots ħarġet ftit sigħat wara li l-akbar żewġ partiti tal-Irlanda ta’ Fuq heddu li titwaqqaf l-amministrazzjoni Protestanta-Kattolika.