Lokali

Repubblika jitolbu biex tiġi investigata Rosianne Cutajar

L-għaqda ‘Repubblika’ qed titlob formalment biex tiġi investigata il-membru parlamentari Rosianne Cutajar

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-President ta’ Repubblika Robert Aquilina ppreżenta denunzja lill-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa wara li fis-16 ta’ Ġunju, id-deputat Laburista Rosianne Cutaja ħabbret permezz ta’ post fuq facebook li żaret residenza tal-anzjani f’Ħal Qormi u qassmet boroż tal-plastik trasparenti b’larinġ u ritratti tagħha stess.

Repubblika saħqu li hu ċar li dan it-tqassim ta’ ikel sar bi ksur tat-Taqsima V tal-att dwar l-elezzjonijiet Ġenerali.

Repubblika qed jistennew li l-istituzzjonijeit tal-istat inkarigati biex jinfurzaw id-dispożizzjonijiet tal-liġi li jirregolaw il-klijenteliżmu….inkluż il-korp tal-pulizija…. jieħdu azzjoni deċiżiva u f’waqtha, biex tali pattiċi illegali jinqatgħu darba għal dejjem.

Robert Aquilina saħaq li n-nuqqas ta’ azzjoni li kien hawn matul is-snin f’dan ir-rigward hi waħda mir-raġunijiet għalfejn il-korruzzjoni spiccat aċċettata b’mod mifrux fis-sistema elettorali tagħna.