Lokali

Toħroġ kanzunetta ġdida bl-isem ta’ ‘Paradise’ tal-artist Malti Varga

Artist lokali, Stefan Varga għadu kemm ħareġ kanzunetta ġdida bl-isem ta’ ‘Paradise’.

Varga ħadem fuq il-kanzunetta ma’ Muxu fejn kitbu l-lirika flimkien filwaqt li ħadem ma’ Cyprian Cassar biex ipproduċewha.

Għal żmien twil, Varga jgħid li nħeba wara min verament hu, kemm wara kamera u saħansitra jagħmel xogħolijiet li ma jtuhx sodisfazzjoni. Madanakollu, l-2020 għalmitu kemm il-ħajja tista’ tinbidel f’ħakka t’għajn u b’hekk għandu joħroġ minn qoxortu u jagħmel dak li dejjem xtaq jagħmel – l-imħabba li dejjem kienet fih lejn il-mużika.

Permezz tal-mużika, Varga jixtieq li jispira lil ħaddieħor u jurihom li m’hemm xejn ħażin jekk tkun ‘differenti’ minn ħaddieħor. Anzi, wieħed għandu jgħix ħajtu kif jixtieq mingħajr ma ħaddieħor jiddetta kif għandu jimxi l-passi tiegħu. Hu fid-dawl ta’ dan li Varga jibbaża l-maġġorparti tal-mużika tiegħu.

Wieħed jista’ jisma’ l-kanzunetta fuq din il-link – https://stefanvarga.hearnow.com/

Il-video mużikali tal-kanzunetta l-ġdida se joħroġ fit-2 ta’ Lulju, propju ġimagħtejn oħra.