Lokali

Twaqqa’ ċ-ċifri li tat hi stess

Wara li l-Ministru tal-Enerġija Miriam Dalli ppreżentat fil-Parlament ċifri li jikkonfermaw li l-Gvern qed jagħmel użu minn terż  biss tal-energija li kapaci jiggenera l-interconnector…issa l-istess Ministru qed tipprova twaqqa’ l-informazzjoni li tat hi stess.

L-interconnector, li bhalissa mhux jintuza bil-massimu tieghu, huwa wieħed mill-aħħar proġetti li fassal Gvern Nazzjonalist u li  beda jopera fl-2015.

Iżda malli bdiet l-Electrogas fl-2017, il-konsum mill-Interconnector nizel għal 51%…. u dan kompla jonqos biex fl-2020 pajjiżna kien qed juża biss 22% tal-enerġija provduta mill-Interconnector.

L-interconnector dejjem ta lil pajjiżna l-irħas prezzijiet ta’ enerġija f’ħinijiet partikolari, bl-użu tiegħu limitat mill-kundizzjoni tat-take-or-pay ta’ 70% tal-enerġija ġġenerata mill-Electrogas li Gvern Laburista rabatna magħha għal 18-il sena.

Il-fatt li f’pajjiżna mhux qed nużaw il-massimu tal-interconnector kien ikkonfermat ukoll mir-rapport tal-Awditur Ġenerali illi sab li fuq mhedda ta’ 6 xhur, l-interconnector ma kienx utilizzat kemm mixtieq fl-interess nazzjonali.

Filfatt, pajjiżna spiċċa ħallas €10,000,000 iktar għax konna marbutin li nixtru mill-Electrogas meta l-interconnector kien irħas. Dan b’detriment ghall-familji u n-negozji kollha Maltin u Ghawdxin.

Dan ikompli jikkonferma li l-Gvern Laburista huwa komdu jisraq lil-poplu Malti fil-kontijiet meta il-poplu jista’ jiffranka.