EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

Franza tfittex il-punti ta’ kwalifikazzjoni f’Budapest

Iċ-champions tad-dinja Franza illum wara nofsinhar f’Budapest ifittxu r-rebħa u t-tliet punti, rebħa li prattikamentittihom passaġġ għall-fażi tal-aħħar sittax.Il-Franċiżi mpressjonaw fi Munich kontra l-Ġermanja u jibdew bħala super favoriti kontra l-Ungerija.It-trio ta’ attakkanti magħmul minn Griezmann, Benzema u l-veloċissimu Mbappe jistgħu ikunu wisq għad-difiża qalbiena Ungeriża.U bi plejers tal-kalibru ta’ Kante’ u Paul Pogba fil-midfield il-Franċiżi verament mhux mistennija li jfallu illum.

It-tim Ungeriż immexxi mit-Taljan Marco Rossi kien ferm sfortunat fl-ewwel ħarġa kontra ċ-champions tal-ewropa l-Portugall u t-telfa kbira ta’ 3-0 bi tliet gowls fl-aħħar sitt minuti kien riżultat ferm kiefer għalihom.Illum huma jafu li għandhom missjoni kważi mpossibli, fejn mal-organizzazjoni difensiva u l-qlubija murija, għandhom bżonn ukoll xi ftit ta’ fortuna, xi ħaġa li ma kellhomx fl-ewwel logħba.

Grupp F: Ungerija v Franza 3.00pm (Puskas Arena, Budapest)