Lokali

“Hemm bżonn ta’ pjan b’kawtela sal-aħħar tas-sena” – Howard Keith Debono

Howard Keith Debono, Il-president tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Industrija tad-Divertiment u l-Arti f’messaġġ li għadda fuq Facebook sostna li meta wieħed iqis is-sitwazzjoni tal-pandemija relattivament tajba f’Malta meta mqabbla ma’ dik f’pajjiżi oħra, l-industrija tal-Arti u divertiment qed tibqa’ tkun iddiskriminata… u qed titħalla tistenna mingħajr ma għandha ħjiel ta’ x’se jsir mill-industrija fix-xhur li ġejjin.

Howard Keith Debono sostna li din l-industrija ġiet iddiskriminata…għaliex hija l-unika industrija li ġiet trattata b’dan il-mod. Huwa qal li l-limitu ta’ 100 persuna bid-distanza soċjali, li fil-fehma tiegħu huwa redikolu…ma jagħmilx sens. Dan meta huma biss il-persuni li għandhom iċ-ċertifikat tal-vaċċin li jistgħu jattendu għal dawn it-tip ta’ attavitajiet.

Howard Keith argumenta li l-pajjiż jinsab fi stat perikoluż imens, u li dawn il-miżuri restrittivi qed iwasslu għal attivitajiet li qed isiru illegalment… fatt li jista jasal biex eventwalment jerġa’ jintilef il-kontroll.

L-MEIA qed titlob lill-awtoritajiet tas-Saħħa u l-entitajiet Governattivi għal pjan iktar fit-tul.

Il-President tal-MEIA appella lill-Gvern sabiex ikun hemm rilass ta’ miżuri aktar sensibbli bi protokolli identiċi għal dawk li bħalissa qed ikunu applikati fit-tiġijiet, fejn minflok 100 persuna, attivita’ tad-divertiment tkun tista tilqa’ sa 300 mitt persuna u ma jkunx hemm il-ħtieġa ta’ ċertifikat tal-vaċċin.

Fl-aħħar nett, Keith Howard Debono jappella sabiex l-industrija tal-arti u d-divertiment titħalla tieħu ftit tan-nifs mingħajr diskriminazzjoni.