Internazzjonali Kurżitajiet Mużika Saħħa

Il-mużika ta’ Mozart tista’ tintuza’ għat-trattament tal-aċċessjonijiet

Riċerka qed turi li s-Sonata for Two Pianos K448 ta’ Wolfgang Amadeus Mozart għandha effetti anti-epilettiċi. Evidenza xjentifika qed tgħid li meta wieħed jisma din is-silta ta’ mużika klassika, jipproduċi inqas epileptiform, jew il-brainwaves li jiskattaw l-aċċessjionijiet.

L-istudji qed jindikaw li din il-mużika tista’ tintuża bħala trattament biex ikunu evitati l-aċċessjonijiet.

Interessanti ferm il-fatt li r-riċerkaturi qabblu l-effetti ta’ żewġ siltiet mużika – din ta’ Mozart u s-silta No.94 ta’ Haydn.

Filwaqt li persuni li semgħu is-silta ta’ Mozart esperjenzaw tnaqqis ta’32% fil-produzzjoni ta’ brainwaves li jqanqlu l-aċċessjonijiet, dawk li semgħu is-silta ta’ Haydn kellhom żieda ta’ 45%.