Il-UEFA ikkonfermat li Wembley Stadium se jkun qed jospita l-partiti tal-istadji finali tal-Euro 2020 b’attendenza ta’ 50% tal-partitarji f’ Wembley Stadium, li jfisser li se jkunu jistgħu jattendu madwar 45.000 spettatur.
Dan wara li aktar kmieni din il-ġimgħa ntefa’ dubju dwar jekk il-partiti tas-semi finali u l-finali tal-Euro 2020 għandhomx jiċċaqalqu għal Budapest, fejn il-Puskas Arena qed tospita l-partiti b’attendenza ta’ 100% tal-partitarji fil-ground.
//= $special ?>