Lokali

Jindarab gravi wara li nqabditlu siequ f’lift

Raġel Indjan ta’ 38 sena sofra ġrieħi gravi f’siequ wara li din inaqbdet taħt lift.

Ir-raġel, li huwa residenti Ħal Qormi, kien qed jagħmel xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-lift meta għal xi raġuni dan niżel ftit l-isfel bir-riżultat li qabadlu siequ.

Ir-raġel irnexxielu joħroġ waħdu minn taħt il-lift iżda sofra xi ġrieħi kawża tal-inċident.

L-inċident seħħ is-Sibt filgħodu għall-ħabta tad-9.30am fi Vjal ir-Rihan, San Ġwann.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku taw l-ewwel għajnuna fil-post, filwaqt li ambulanza ħadet lir-raġel l-isptar fejn ġie ċċertifikat li kien sofra ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja