Iċ-ċittadini Ewropej ingħataw leħen f’Konferenza li għandha l-għan li tfassal il-futur tal-bloc Ewropew. Il-Konferenza hija inizjattivi bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew u l-Kummissjoni.
Fis-sala magħrufa bħala l-Hemicycle fil-Parlament Ewropew fi Strassburgu, is-Sibt saret is-sessjoni Plenarja inawgurali tal-Konferenza Dwar il-Futur tal-Ewropea, li fiha għadd ta’ ċittadini mid-diversi Membri Stati ingħataw l-opportunità jagħtu l-viżjoni tagħhom.
Din il-Konferenza qed tkun deskritta bħala opportunità unika u f’waqtha għaċ-ċittadini Ewropej biex ikollhom dibattitu dwar l-isfidi u l-prijoritajiet tal-Ewropa, irrispettivament minn fejn huma jew x’jagħmlu – il-post fejn ċittadini Ewropej jistgħu jitkellmu dwar x’futur iridu għall-Unjoni Ewropea.
Sabiex titfassal din id-direzzjoni ġdida, iċ-ċittadini Ewropej kollha, permezz ta’ pjattaforma onlajn, għandhom iċ-ċans jgħaddu l-ideat tagħhom.
Il-Konferenza nnifisha tinkludi Membri Parlamentari Ewropej, Membri tal-Kunsill Ewropew, oħrajn mill-Kummissjoni Ewropea, Membri Parlamentari mill-Istati Membri, għadd ta’ Sindki, u 80 rappreżentant mill-Bordijiet taċ-Ċittadini Ewropej, li minnhom mill-inqas terz għandhom taħt il-25 sena
L-MEP Nazzjonalista Roberta Metsola fil-bidu tad-diskors tagħha f’din il-konferenza qalet “Il-proġett Ewropew tagħna għadu mhux mitmum”.
Metsola qalet li l-Ewropa hija paċi, arja nadifa, ġustizzja, drittijet, opportunitajiet u ħafna affarijiet oħjrajn.
Hija saqħet li dan hu żmien importanti għall-EU.
“DAN HUWA Ż-ŻMIEN TAL0OPPORTUNITÀ TAGĦNA. EJJA NAĦSBU “X’JISTA’ JKUN” U MHUX “X’INHU””
Għal din is-sessjoni plenajra attendew ukoll il-Membri Parlamentari Nazzjonalisti Claudette Buttigieg u Joseph Ellis. Din il-Konferenza se tkun mifruxa fuq sena sħiħa – sena li tulha se jinġabru ideat dwar il-ħafna oqsma, b’temi bħat-tibdil fil-klima, it-teknoloġija u l-affarijiet barranin jissemmew fl-ewwel plenarja tas-Sibt.
//= $special ?>