Kontribuzzjoni ġurnalistika estenssiva miġbura mill-ġurnalist Jesmond Moore ġiet ippreżentata fi frame kommemorattiv lill-eks plejer tat-tim nazzjonali Malti tal-futbol Michael Mifsud, fl-uffiċju tal-istess għaqda.
Il-President Sandro Micallef irrimarka li din il-preżentazzjoni saret wara snin twal ta’ ħbiberija fuq bażi personali u bħala għaqda tirrikonoxxi l-kontribut ta’ Mifsud fil-futbol lokali anki fuq bażi internazzjonali.
Min-naħa tiegħu Mifsud irringrazzja mill-qalb lil Sandro Micallef u l-membri l-oħra tal-Għaqda Ġuranlisti Sports għal dan il-ġest ferm sabiħ. Mifsud irringrazzja wkoll lill-ġurnalisti kollha li kull tmiem il-ġimgħa, xemx jew xita jkunu preżenti biex isegwu u jaġġornaw lill-pubbliku dwar il-kompetizzjonijiet tal-futbol lokali kollha.
Fi tmiem din il-preżentazzjoni Michael Mifsud iffirma xi memorabilia li parti minnha se tinżamm mill-Għaqda Ġurnalisti Sports, filwaqt li se jkun hemm oħrajn li se jingħataw b’benefiċjenza fil-futur.
//= $special ?>