Formula 1 Sport

Max Verstappen se jibda fuq quddiem fi Franza

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq ta’ Red Bull Max Verstappen għeleb l-isfida tas-sewwieqa ta’ Mercedes għat-tieni Grand Prix konsekuttiv u se jkun qed jibda fuq quddiem nett fil-Grand Prix ta’ Franza.

Fit-tieni u fit-tielet post se jibdew is-sewwieqa ta’ Mercedes Lewis Hamilton u Valtteri Bottas filwaqt li s-sewwieq l-ieħor ta’ Red Bull Sergio Perez se jkun qed jibda fir-raba’ post. Iż-żewġ sewwieqa ta’ Ferrari, Carlos Sainz u Charles Leclerc se jkunu qed jibdew mill-ħames u mis-seba’ post rispettivament filwaqt li Pierre Gasly se jkun qed jibda fis-sitt post.

Lando Norris se jibda mit-tmien pożizzjoni u se jkun segwit minn Fernando Alonso u Daniel Ricciardo li se jibdew mid-disa’ u mill-għaxar post rispettivament.

Kif se jibdew: 1. M. Verstappen, 2. L. Hamilton, 3. V. Bottas, 4. S. Perez, 5. C. Sainz, 6. P. Gasly, 7. C. Leclerc, 8. L. Norris, 9. F. Alonso, 10. D. Ricciardo, 11. E. Ocon, 12. S. Vettel, 13. A. Giovinazzi, 14. G. Russell, 15. M. Schumacher, 16. N. Latifi, 17. K. Raikkonen, 18. N. Mazpin, 19. L. Stroll, 20. Y. Tsunoda