Futbol Sport

Memphis Depay player ġdid ta’ Barcelona

(Ritratt: EPA)

Barcelona laħqu ftehim biex jakkwistaw lill-attakkant Olandiż Memphis Depay li kien ilu jiġi segwit minn Barcelona għal diversi xhur. L-attakkant ta’ 27 sena intemmlu l-kuntratt tiegħu ma’ Lyon fl-aħħar tal-istaġun u b’hekk Barcelona se jkunu qed jiffirmawh b’xejn/

L-akkwist ta’ Depay huwa r-raba’ wieħed ta’ Barcelona f’dan is-suq tat-trasferimenti hekk kif diġa akkwistaw lil Sergio Aguero, Eric Garcia u Emerson Royal. Bħalissa Depay jinsab mat-tim nazzjonali Olandiż hekk kif qed ikun wieħed mill-protagonisti fil-Euro 2020.