Charles Camenzuli
Lil hinn mill-Euro2020 hemm aspett li kiseb l-attenzjoni ta’ bosta . L-aspett Black Lives Matter u ġest meta plejers jinżlu fuq l-irkoppa xpruna lil bosta għal protesta kontra r-razziżmu. Tali ġest simboliku wassal b’xi partitarji juru li ma jaqblux. .Dawk li jappoġġjaw il-ġest għandhom it-tendenza li jikkummentaw li min ma jgħamilx il-ġest qed jonqos milli jgħati sehemu fil-ġlieda kontra r-razziżmu fl-isport u oltre. Kritiċi jopponu din il-mossa għax iqisuha dikjarazzjoni politika f’post li m’għandux ikollu dimostrazzjonijiet politiċi.
Biex titqajjem kuxjenza,qabel Euro2020 l-FA Ingliża kkonfermat li l-plejers kienu se jinżlu fuq l-irkoppa bħala turija ta’ solidarjetà mal-kunċett Black Lives Matter. Hemm min iqis li l-plejers għandhom dritt għall-opinjoni tagħhom dwar is-suġġett , u li huma għandhom ukoll id-dritt li jagħżlu jekk jgħamlux il-ġest ta’ solidarjeta’ qabel il-partita. Eżempju kif il-ġest ġibed l-attenzjoni qabel il-partita Belġju – Russja . Bit-tim Belġjan fuq l-irkoppa kien hemm partitarji li ma qablux.
Waħda mill-problemi fundamentali għal dan il-kunċett hija li l-istess partitarji ta’ dawk li jinżlu fuq l-irkoppa jridu jirrikonoxxu li sa ċertu punt huwa tabilħaqq ġest politiku. Sakemm dan ma jiġix aċċettat, mhuwiex probabbli li jkun hemm qbil komuni fil-futur qarib. Fatt wkoll li l-ġest bl-ebda mod ma jgħin fil-ġlieda kontra t-theddida attwali tar-razziżmu. Ħadd ma jista’ possibilment jargumenta li jekk tinżed fuq l-irkoppa tikkonvinċi r-razzisti attwali li jkollhom bidla fil-qalb u l-ħsieb. F’ċirkostanzi bħal dawn, mhiex sorpriża li l-ġest ġibed ħafna kritika.
//= $special ?>