Tim mediku ssejjaħ fi Triq Psaila, B’Kara wara rapporti ta’ inċident bejn mutur u karozza u ħadu s-sewwieq tal-mutur l-isptar Mater Dei minħabba xi ġrieħi li ġarrab.
L-inċident seħħ ftit qabel il-11.00am, u uffiċjali tal-Pulizija marru immedjatament fil-post tal-inċident.
Mill-ewwel investigazzjonijiet tagħhom irriżulta li kien seħħ impatt bejn karozza tat-tip Toyota Prius misjuqa minn raġel ta’ 35 sena miż-Żurrieq u mutur tat-tip Kymco misjuq minn-raġel ta’ 48 sena minn B’Kara.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-isptar għal kura filwaqt li dak tal-karozza ma sofra l-ebda ġrieħi.
Il-Pulizija għadha qed tinvestiga.
//= $special ?>