Futbol Sport

Rebħiet għall-Arġentina u ċ-Ċile

(Ritratt: EPA)

Hekk kif matul il-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt tkompliet il-Copa America, minn Grupp A l-Arġentina għelbu lill-Urugwaj 1-0. Il-gowl deċiżiv wasal fit-13-il minuta meta minn cross ta’ Lionel Messi, kien Guido Rodriguez li b’daqqa ta’ ras tajba għeleb Fernando Muslera għal 1-0, riżultat li bih intemmet il-partita.

F’partita oħra mill-istess grupp, iċ-Ċile għelbu lil Bolivja 1-0 ukoll. F’din il-partita dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa kien skorjat wara biss għaxar minuti meta minn kontrattakk veloċi, kien Ben Brereton li kkonkluda b’xutt fil-baxx. B’hekk fi Grupp A, l-Arġentina u ċ-Ċile jibqgħu fl-ewwel u fit-tieni post b’erba’ punti segwiti mill-Paragwaj bi tliet punti.