Sport Sport Ieħor

Riżultati pożittivi għat-tennisti Maltin fil-Billie Jean King Cup

Fil-Litwanja, fil-Billy Jean King Cup iż-żagħżagħ Maltin kellhom prestazzjonijiet pożittivi fil-partiti tagħhom f’dan it-tournament. It-tim Malti kien kompost minn Elaine Genovese, Helene Pellicano, Francesca Curmi u Jessica Dimech, taħt il-gwida tal-coach Daryl Delicata.

Wara li rebħu l-partiti tal-Grupp kontra l-Kenya, ż-Żimbabwe u l-Alġerija, l-Maltin kien imisshom is-semi finali kontra l-Afrika t’Isfel, bi Francesca Curmi tegħleb lil Delien Kleinhans u Helene Pellicano tegħleb lil Chanel Simmonds. Fid-double Eleine Genovese u Francesca Curmi rebħu l-partita tagħhom kontra l-Afrikani fi straight sets.

FIl-finali, Francesca Curmi tilfet kontra opposizzjoni b’saħħitha mil-Litwanja, b’Akvile Parazinskaite tegħleb lil Malta 6-1, 6-4. Helene Pellicano wkoll kienet megħluba kontra Justina mikulskyte, minkejja d-determinazzjoni u l-logħob tajjeb li rnexxielha tilgħab.