F’Seville illejla pressjoni fuq iż-żewġ naħat, Spanja u l-Polonja li fil-bidu tal-kompetizzjoni kienu meqjusa l-favoriti li jgħaddu minn dal-grupp u minflok iridu l-punti llejl biex jittamaw li jikkwalifikaw. Spanja jidħlu għal din il-logħba wara d-dro frustranti ta’ mingħajr gowls kontra l-Iżvezja fl-ewwel logħba.
L-avversarji tagħhom il-Polonjajinsabu issa darhom mal-ħajt wara t-telfa fl-ewwel logħba kontra s-Slovakkja, telfa li tista’ tfisser għal Robert Lewandowski u sħabu.Pressjoni kbira b’hekk fuq Lewandowski u l-attakk Spanjol li għadhom qed ifittxu l-ewwel gowl.Fil-logħba tal-lejla għalhekk iż-żewġ naħat ma jistgħux iktar jagħmlu kalkoli u jridu bilfors joħorġu għar-rebħa. Ovvjament min joħroġ tellief illejla f’Seville jista’ jgħid li jkun eliminat, għalkemm forsi jkun jonqsu speranza żgħira għat-tielet post. Għalhekk il-logħba għandha tkun spettakolari bl-Ispanjoli li minkejja kollox jibdew xorta waħda bħala favoriti li jiskbu dik ir-rebħa li tħallihom jittamaw għat-titlu.
Grupp Ċ: Spanja v Polonja 9.00pm
//= $special ?>