Sport Sport Ieħor

Atleti Maltin fl-istorja tal-Olimpijadi

Millum fuq NetTV mill-4.00 pm ‘l quddiem jixxandar it-33 programm SPORT EXTRA fejn se jkompli bis-serje ta’ intervisti ma’ atleti li fil-passat irrappreżentaw lil Malta fid-diversi edizzjonijiet tal-Olimpijadi.

 Fl-ewwel parti tal-programm Charles Camenzuli iltaqa’ ma żewġ judokas LAURIE PACE li kienet ħadet sehem fl-Olimpijadi ta’ Barcelona 1992 ,f’Atlanta 1996 u Sydney 2000 kif wkoll ma’ MARCON SAYWELL (BEZZINA) li kienet ipparteċipat f’dawk ta’ Ateni fl-2004 f’Beijing fl-2008 .

Fit-tieni parti il-mistiedna huma l-windsurfers JEAN PAUL FLERI SOLER li kien ha sehem fl-Olimpijadi ta’ Los Angeles fl-1984 , Seoul fl-1988 u Barcelona 1992

Fil-programm siltiet miċ-Ċerimonji tal-Ftuħ bil-kontinġent Malti fl-azzjoni kif wkoll l-istess atleti fil-parteċipazzjoni Olimpika tagħhom.SPORT EXTRA għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli b’muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri u filmati ta’ Bernie Dimech.