Fl-aħħar partita minn Grupp A, l-Italja tilgħab kontra Wales. Bit-tim ta’ Roberto Mancini diġa aċċerta postu mal-aħħar 16 tal-kompetizzjoni, il-kowċ Taljan mistenni jagħmel xi bidliet fl-ewwel ħdax sabiex iserraħ xi players.
Fost il-players neqsin għall-Italja se jkun hemm il-captain Giorgio Chiellini li sofra injury fil-partita kontra l-Iżvizzera iżda mistenni jirritorna għall-partita mir-round tal-aħħar 16. L-Italja trid biss punt minn din il-partita biex itemm fl-ewwel post iżda jissugraw li bl-ewwel post jaffaċċjaw lill-Belġju u l-Franza fir-rounds sussegwenti. L-Italja rebħu l-ewwel partiti tal-grupp bi skor identiku ta’ 3-0 kontra t-Turkija u l-Iżvizzera rispettivament.
Għal Wales, bi draw ukoll ikun ifisser kwalifikazzjoni għall-fażi li jmiss wara li kisbu draw kontra l-Iżvizzera u rebħa kontra t-Turkija bil-players Gareth Bale u Aaron Ramsey ikunu mpressjonanti fir-rebħa ta’ Wales. Fl-aħħar edizzjoni, Wales kienu għamlu dak li ma kienx mistenni u rnexxielhom jaslu sas-semifinali.
Dan se jkun il-ħames konfront bejn l-Italja u Wales hekk kif fil-partita preċidenti, l-Italja rebħu tliet darbiet filwaqt li Wales rebħu biss darba.
Grupp A: Italja v Wales 6.00pm
//= $special ?>