Internazzjonali

Elezzjonijiet parlamentari bikrija fl-Armenja


Il-poplu tal-Armenja qed jivvota f’elezzjonijiet bikrija għall-Parlament li sejjaħ il-Prim Ministru Armen, Nikol Pashinyan, fi żmien delikat għal pajjiżu. Pashinyan qed jipprova jtaffi d-diżgwid fost il-poplu wara l-gwerra diżastruża mal-Ażerbajġan u meta hu irid iġedded il-mandat tat-tmexxija u jkompli bir-riformi fil-pajjiż.

Il-Prim Ministru, intant, tilef ħafna mill-appell tiegħu wara li l-militar Armen spiċċa umiljat fil-battalji tas-sena l-oħra mal-qawwiet Ażeri u li kienu jinvolvu r-reġjun separatista ta’ Nagorno-Karabakh. Intant. Pashinyan, f’din l-elezzjoni, qed jikkonfronta lill-eks President Armen, Robert Kocharyan u l-analisti qalu li diffiċli għalihom biex ibassru r-riżultat tal-vot – bil-kandidati rivali t-tnejn jattiraw il-folol kbar waqt l-aħħar rallies elettorali.

L-elezzjoni tal-Armenja anki qed tkun segwita b’interess qawwi mir-Russja, l-Ażerbajġan u t-Turkija – meta t-Torok kienu appoġġjaw lill-Ażeri fl-aħħar gwerra ta’ sitt  ġimgħat dwar Nagorno-Karabakh.