EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

EURO 2020 | Grupp A : Italja 1 – 0 Wales

(Ritratt: EPA)

L-Italja jirbħu l-grupp, Wales itemmu fit-tieni post

L-Italja għelbu lil Wales fl-aħħar partita tal-grupp 1-0, bl-Italja tikkwalifika bl-ewwel post filwaqt li Wales kwalifikaw bit-tieni post wara li l-Iżvizzera rebħu 3-1 fuq it-Turkija

L-ewwel taqsima kienet bilanċjata bl-Italja minkejja l-bidliet li għamel il-kowċ Roberto Mancini xorta jkunu l-aħjar tim fil-ground. L-Italja fetħu l-iskor tard fl-ewwel taqsima, fid-39 minuta meta minn freekick ta’ Marco Verratti, kien Matteo Pessina li kkonkluda għal 1-0.

Fit-tieni taqsima, Wales ħarġu fuq l-offensiva u kienu wkoll perikolużi, iżda l-aktar li resqu qrib kienu l-Italja fit-53 minuta meta l-freekick ta’ Federico Bernardeschi ħabat mal-wieqfa. Fis-56 minuta, Wales ħadu daqqa ta’ ħarta meta tkeċċa Ethan Ampadu wara daħla kerha fuq Bernardeschi.

L-ewwel ħdax inizjali għall-partita bejn l-Italja u Wales huma dawn :

Italja : G.Donnarumma, R.Toloi, L.Bonucci, A.Bastoni, E.Palmieri, M.Pessina, Jorginho, M.Verratti, F.Chiesa, A.Belotti, F.Bernardeschi

Wales : D.Ward, C.Gunter, J.Rodon, E.Ampadu, C.Roberts, J.Allen, J.Morrell, N.Williams, D.James, A.Ramsey, G.Bale

Referee : O.Hategan

Assistenti Referees : R.Ghinguleac, S.Gheroghe