EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

EURO 2020 | Grupp E: Spanja 1 – 1 Polonja

(Ritratt: EPA)

Daqqa ta’ ras ta’ Lewandowski ssalva punt għall-Polonja

Spanja u l-Polonja temmew fi draw ta’ 1-1, biex b’hekk it-timijiet kollha fi Grupp E għadhom biċ-ċans li jikkwalifikaw għall-fażi li jmiss hekk kif kollox se jkun deċiż fl-aħħar partiti minn dan il-grupp

Fl-ewwel taqsima, Spanja kienu dominanti tant li marru fil-vantaġġ fil-25 minuta meta minn cross ta’ Gerard Moreno, Alvaro Morata ikkonkluda ġewwa mill-viċin għal 1-0. Il-Polonja wettqu reazzjoni u fit-42 minuta x-xutt mid-distanza ta’ Karol Swiderski ħabat mal-wieqfa.

Fit-tieni taqsima, l-Polonja ħarġu fuq l-offensiva u kien fit-53 minuta li ġabu l-iskor indaqs meta minn cross ta’ Kamil Jozwiak, kien Robert Lewandowski li b’daqqa ta’ ras preċiża għamel l-iskor 1-1. Żewġ minuti wara, Spanja ngħataw penalty meta Jakub Moder waqqa lil Gerard Moreno fil-kaxxa, bir-referee wara konsultazzjoni mal-VAR jordna penalty. Minn ħdax il-metru l-istess Moreno ra t-tentattiv tiegħu jaħbat mal-lasta biex mir-rebound, Alvaro Morata xeħet barra.

Spanja: U. Simon, M. Llorente, A. Laporte, P. Torres, J. Alba, Rodri, Koke, Pedri, G. Moreno, A. Morata, D. Olmo

Polonja: W. Szczesny, J. Bednarek, R. Lewandowski, K. Swderski, M. Klich, K. Glik, J. Moder, B. Bereszynski, P. Zielinski, K. Jozwiak, T. Puchacz

Referee: D. Orsato

Assistenti referees: A. Giallatini, F. Preti