EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

EURO 2020 | Grupp A : Żvizzera 3 – 1 Turkija

Rebħa faċli għall-Iżvizzera iżda mhux biżżejjed għat-tieni post

L-Iżvizzera issa jridu jistennew u jaraw jekk jkollhomx biżżejjed punti biex jkunu fost l-erba’ timijiet li jgħaddu bit-tielet post. Minkejja li t-Turkija ħarġu aktar offensivi, kienu l-Iżvizzera li marru fil-vantaġġ fis-sitt minuta meta Haris Seferoviċ b’konklużjoni mid-distanza fil-baxx għeleb lil Ugurcan Cakir għal 1-0. Biex fil-25 minuta l-iżvizzera rdoppjaw meta Xherdan Shaqiri b’xutt mill-isbaħ għeleb lil goalkeeper Tork għal 2-0. Ftit minuti wara Shaqiri kien viċin li jagħmilhom tlieta, iżda Cakir salva tajjeb u dawwar f’corner.

Minkejja li fit-tieni taqsima l-Iżvizzera komplew jiddominaw b’faċilita’ l-partita., kienu t-Turkija li skorjaw fit-62 minuta, permezz ta’ xutt mid-distanza ta’ Irfan Kahveci. L-Iżvizzera kellhom diversi ċanisjiet ta’ skor minn Haris Seferovic u Steven Zuber li għaddew barra mil-lasti ta’ Cakir. Madanakollu, huma skorjaw it-tielet gowl fit-68 minuta hekk kif wara azzjoni maħduma tajba, kien Xherdan Shaqiri li kkonkluda ġewwa għal 3-1. Fis-76 l-Iżvizzera kienu viċin ir-raba’ gowl tagħhom meta freekick ta’ Granit Xhaka ħabat mal-lasta.

L-ewwel ħdax inizjali għall-partita bejn l-Iżvizzera u t-Turkija :

Żvizzera : Y.Sommer, N.Elvedi, M.Akanji, R.Rodriguez, S.Widmer, R.Freuler, G.Xhaka, S.Zuber, X.Shaqiri, H.Seferovic, B.Embolo

Turkija : U.Cakir, Z.Celik, M.Demiral, C.Soyuncu, M.Muldur, K,Ayhan, O.Turfan, C.Kahveci, H.Clahanoglu, C.under, B.Yilmaz

Referee : S.Vincic

Assistenti Referees : T.Klancik, A.Kovacic