EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

Goran Pandev se jilgħab l-aħħar partita tiegħu internazzjonali kontra l-Olanda

(Ritratt: EPA)

L-attakkant tal-Maċedonja ta’ Fuq Goran Pandev ħabbar li se jkun qed jiritira mill-futbol internazzjonali wara l-partita kontra l-OIanda li se tintlagħab għada. Pandev li għandu 37 sena kien l-ewwel player mill-Maċedonja li skorja f’finali ta’ Kampjonati Ewropej u kif ukoll sar it-tieni l-akbar player li qatt skorja f’din il-kompetizzjoni.

Fil-konferenza tal-aħbarijiet li nżammet aktar kmieni llum, Pandev qal li jixtieq li jara lil pajjiżu jikkwalifika għat-Tazza tad-Dinja li jmiss hekk kif jemmen bis-sħiħ fl-iskwadra mmexxija minn Igor Agelovski.

Pandev iddebutta mal-Maċedonja fl-2001 fejn lagħab 121 partita u skorja 38 gowl.