Sport Sport Ieħor

Jingħata bidu għall-fażi finali tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Isnooker

Wara li fl-aħħar ġimgħat tkompla l-Kampjonat Nazzjonali tal-Isnooker, minn għada ser tibda l-fażi finali tad-Diviżjonijiet kollha, iġifieri mill-kwarti-finali sal-finali fejn il-partita se jkunu l-aqwa minn 9 frames.

L-iskeda tal-logħbiet kollha tal-kwarti-finali tad-Diviżjoni tal-Premier hija hekk kif ġej

Għada: Premier: Duncan Bezzina v Frans Mintoff, It-Tlieta 22 ta’ Ġunju 2021: Premier: Brian Cini v Alex Borg, L-Erbgħa 23 ta’ Ġunju 2021: Premier: Chris Peplow v Joseph Casha: Il-Ħamis 24 ta’ Ġunju 2021: Premier : Aaron Busuttil vs Ivan Attard

Is-Semi-Finali se isiru nhar l-Erbgħa 30 ta’ Ġunju u l-Ħamis 1 ta’ Lulju bil-logħbiet jibdew fis-6:15pm bil-Finali issir nhar it-Tnejn 5 ta’ Lulju ukoll fis-6:15pm.