L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li fl-aħħar sigħat f’pajjiżna kien irreġistrat każ ġdid ta’ COVID-19 filwaqt li tliet persuni fiequ mill-virus biex b’hekk il-każi attivi niżlu għal 27. Dawn in-numru joħorġu minn fost 1,839 swab test. B’xorti tajba fl-aħħar 24 siegħa ma kienu rreġistrati ebda mwiet tal-Coronavirus biex b’hekk tul ix-xahar ta’ Ġunju, s’issa tilfet ħajjitha persuna waħda biex it-total ta’ fatalitajiet tal-pandemija jibqgħu jammontaw għal 420. Intant, skont l-aħħar aġġornament fuq Facebook, fl-aħħar sigħat, madwar 3,000 persuna żdiedu mal-lista ta’ dawn imlaqqma b’mod sħiħ għal kontra l-virus. L-R-Factor ta’ pajjiżna bħalissa huwa inqas minn 0.2.
Intant, għal xi raġuni mhux magħrufa, għalkemm l-użu ta’ pools huwa permessibbli, il-water parks ta’ pajjiżna għadhom mhux permessi li jiftħu b’mod normali. Dan għaliex skont l-aħħar avviż legali maħruġ mill-Ministeru tas-Saħħa, hemm projbizzjoni fuq water sports u water activities u għalhekk filwaqt li stabbilimenti ta’ dan it-tip jista’ jkollhom nies fil-pools, slides u attivitajiet oħra li xorta jinvolvu l-istess użu ta’ pools, mhumiex permessi.
Dan il-fattur meqjus stramb, qed iħalli daqqa ekonomika fuq negozji ta’ dan it-tip, li l-maġġoranza tal-qliegħ tagħhom jasal fis-Sajf u bl-użu ta’ dawn l-attivitajiet li jinsabu projbiti. U għalhekk, dan is-settur u s-settur tal-arti u tad-divertiment jibqgħu l-uniċi b’restrizzjonijiet imposti fuqhom li ma tagħmiliex possibli li joperaw b’mod normali anke meta f’pajjiżna mhux ikun hawn ħafna każi tal-virus u anke meta l-maġġoranza tal-popolazzjoni tinsab imlaqqma għal kontra l-COVID-19.
//= $special ?>