Sport Sport Ieħor

Marc Marquez jirbaħ l-ewwel Grand Prix sa mill-2019

(Ritratt: EPA)

Marc Marquez rebaħ l-ewwel Grand Prix tiegħu sa mill-2019, minn meta rritorna mill-injury li kien sofra fl-ewwel tellieqa tal-istaġun li għadda fi Spanja meta fil-Ġermanja għeleb l-isfida ta’ Miguel Oliveira biex temm fl-ewwel post. Fabio Quartararo temm fit-tielet post filwaqt li Brad Binder daħal fir-raba’ pożizzjoni. Francesco Bagnaia u Jack Miller temmew fil-5 u fis-6 post rispettivament filwaqt li Aleix Espargaro u Johann Zarco temmew fis-7 u fit-8 post. Ic-champion renjanti Joan Mir temm fid-9 post filwaqt li Pol Espargaro daħal mal-ewwel 10 sewwieqa.

Kif temmew: 1. M. Marquez, 2. M. Oliveira, 3. F. Quartararo, 4. B. Binder, 5. F. Bagnaia, 6. J. Miller, 7. A. Espargaro, 8. J. Zarco, 9. J. Mir, 10. P. Espargaro, 11. A. Rins, 12. J. Martin, 13. T. Nakagami, 14. V. Rossi, 15. L. Marini, 16. E. Bastianini, 17. I. Lecuona, 18. F. Morbidelli, 19. M. Vinales. Ma temmewx: L. Savadori, D. Petrucci, A. Marquez