Sport Waterpolo

Matthew u Dino Zammit miċidjali kontra Exiles … Valletta l-avversarji li jmiss

Rapport: Stewart Said

EXILES………………………………. 8

SAN ĠILJAN MERCURY…. 20

(0-4), (2-6), (2-4), (4-6)

Valletta se jkunu l-avversarji ta’ San Ġiljan Mercury Towers fit-triq tagħhom lejn il-finali tal-Enemed Cup. Jekk fil-konfront preċedenti kontra Sirens kellhom mumenti li fihom sabuha ftit diffiċli, kontra Exiles iddominaw mill-bidu sal-aħħar.

Il-Ġiljaniżi kienu diġà aċċertaw mill-kwalifikazzjoni f’nofs il-partita. Dan wara li Darren Zammit, doppjetta ta’ Dino Zammit u Matthew Zammit skorjaw erba’ gowls mingħajr risposta. Il-vantaġġ saħansitra kiber għal disa’ gowls fit-tieni sessjoni, b’Matthew Zammit jiskorja tripletta fil-proċess. Kien Nicky Paris li skorja l-ewwel gowl għal Exiles, b’Dino Zammit jiskorja r-raba’ gowl personali u għamel l-iskor 10-2.

Il-logħba ħadet xejra differenti hekk kif San Ġiljan naqqsu ftit mir-ritmu iżda xorta baqgħu jiddettaw il-logħob. Exiles bdew jinqabdu bil-kontrattakk mhux f’okkażjoni waħda, b’Matthew Zammit jirnexxilu wkoll jirbaħ żewġ penalties b’azzjoni personali. Il-kowċ ta’ San Ġiljan Dorian Pisani ried li t-tim iżomm ir-ritmu ta’ logħob u għal ħafna ħin mill-aħħar sessjoni baqa’ jżomm il-plejers regolari. B’hekk ma kinitx sorpriża li d-distakk kompla jikber f’sessjoni li iżda kienet aktar bilanċjata.

Exiles: M. Castillo, N. Saliba, S. Apap, P. Paris (1), T. Sullivan (1), S. Xerri de Caro, M. Fenech (2), K. Griscti (1), N. Paris (2), J. Bajada (1), M. Aquilina, D. Fenech, G. Borg, E. Micallef

San Ġiljan: J. Tanti, D. Zahra, A. Galea (2), D. Fero, R. Caruana, M. Zammit (7), M. Ortoleva, J. Bonavia, B. Plumpton (2), Da. Zammit (7), K. Galea, Di. Zammit (6), G. Vassallo, D. Ciantar

Referees: Stefan Licari, Ronnie Spiteri

Logħob li jmiss

It-Tlieta

Valletta v San Ġiljan       6.45pm