Formula 1 Sport

Max Verstappen jegħleb l-isfida ta’ Lewis Hamilton fi tmiem drammatiku

(Ritratt: EPA)

Max Verstappen rebaħ it-tielet Grand Prix tiegħu dan l-istaġun hekk kif fl-aħħar dawriet għeleb l-isfida ta’ Lewis Hamilton li kien qed jiddomina t-tellieqa biex b’hekk c-champion renjanti temm fit-tieni post. Is-sewwieq l-ieħor ta’ Red Bull Sergio Perez temm fuq il-podju għat-tieni Grand Prix konsekuttiv hekk kif temm fit-tielet post. Valtteri Bottas temm fir-raba’ pozizzjoni filwaqt li Lando Norris temm fil-ħames post. Daniel Ricciardo u Pierre Gasly temmew fis-6 u fis-7 post rispettivament filwaqt li Fernando Alonso temm fit-tmien post. Sebastian Vettel u Lance Stroll temmew fid-9 u l-10 pożizzjoni.

Kif temmew: 1. M. Verstappen, 2. L. Hamilton, 3. S. Perez, 4. V. Bottas, 5. L. Norris, 6. D. Ricciardo, 7. P. Gasly, 8. F. Alonso, 9. S. Vettel, 10. L. Stroll, 11. C. Sainz, 12. G. Russell, 13. Y. Tsunoda, 14. E. Ocon, 15. A. Giovinazzi, 16. C. Leclerc, 17. K. Raikkonen, 18. N. Latifi, 19. M. Schumacher, 20. N. Mazepin