Diversi residenti u kunsilliera, il-Ħadd filgħodu nġabru fiż-żona magħrufa bħala Ta’ Farżina f’Ħal Qormi sabiex jesprimu rabja u dispjaċir għall-applikazzjoni li saret quddiem il-MEPA sabiex tinbena din iż-żona.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet intqal li Ħal Qormi diġa huwa fgat bit-traffiku u l-uniku ftit pulmuni żgħar li fadal ma jistgħux ikomplu jittieħdu.
Ir-residenti tal-madwar iffirmaw diversi petizzjonijiet peress li ma jridux li jiġu fgati bil-bini la f’Ħal Qormi u lanqas madwar Malta kollha.
Minbarra problemi ambjentali, din l-applikazzjoni jista’ jkollha wkoll effetti fuq il-benesseri soċjali mhux biss ta’ dawk kollha li jgħixu fil-madwar iżda wkoll dawk li jiffrekkwentaw dawn l-akwati.
Preżenti għal konferenza kien hemm il-Minority Leader tal-Partit Nazzjonalista fil-lokalita’ ta’ Ħal Qormi Jerome Caruana Cilia li minn naħa tiegħu tkellem magħna dwar l-għan ewlieni ta’ din il-konferenza
//= $special ?>