EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

Opinjoni | Ma kienx flixkun !

Charles Camenzuli  

Tista’ tkun plejer tajjeb , u tagħmel x’tagħmel se tkun fiċ-ċentru tal-attenzjoni għax fl-istess waqt tkun tajjeb u popolari jirrendi l-flus. Madankollu li tkun arroganti u kontra l-etika tas-sistema ma jinżilx tajjeb ma’ min għandu palat fin. Fil-ġranet ilu kien hemm każijiet klassiċi kważi identiċi. Figuri pubbliċi li jisimhom Cristiano Ronaldo , Paul Pogba u Manuel Locatelli meta ndirizzaw lil ġurnalisti għoġobhom jiġġezzjonaw għal flixkun ta’ xarba popolari u għal flixkun tal-birra li kien quddiemhom. Ir-raġuni sempliċi. Basta li wieħed imur kontra r-regola. Għax jekk id-ditta tal-flixken b’rabta mal-finanzjament tal-isport x’aktarx ma tgħamilx parti mill-isponsors tal-istess plejers, riedu li jmorru kontra r-regola. U hemm kien l-iżball. In-nuqqas ta’ etika u rispett lejn min jiffinanzja biex l-istess plejers wara kollox ikabbru l-profil tagħhom.

L-imġieba ta’ Ronaldo wasslet biex id-ditta konċernata b’dak l-aġir tilfet 4 biljun dollaru . Tkellmu Harry Kane u Gareth Southgate li t-tnejn għamlu riferenza li permezz ta’ dawn id-ditti jistgħu jitwettqu proġetti u jkunu żviluppati ċentri ta’ taħriġ għal plejers żgħażagħ. Ingħaqad l-istess President tal-UEFA Aleksandr Ceferin bi kliem iebes għall-atteġġjament ta’ CR7 & Co.

Għal kuntrarju wara li Pogba’ neħħa l-flixkun tal-birra u poġġiħ taħt il-mejda, id-ditta konċernata rat żieda ta’ 1.65% fl-isħma tagħha b’ 1.1 biljun dollaru.

B’mod informali Romelo Lukaku talab lid-ditta tax-xarba biex tikkuntattja ditta li tieħu ħsieb l-immaġini tiegħu ,bil-kowċ Belgjan Roberto Martinez għoġbitu l-idea tal-flixkun iżda l-aqwa jibqa’ Stanislav Cherchesov – kowċ tar-Russja li qabad il-fliexken.Tapp ma tapp, fetaħ wieħed u beda jixrob.

Wara kollox ma kienx flixkun !!