Futbol Lokali Sport

Partita futbol b’risq Dar Bjorn

Matul il-jum tal-Ħadd, f’Jum il-Missier fil-Victor Tedesco Stadium ntlagħbet partita futbol sabiex jinġabru fondi b’risq Dar Bjorn. Din il-partita li kienet organizzata mill-Veterans Malta Football Association saret bejn l-Malta Veteran u Birkirkara FC Legends, bil-partita tintemm fi draw ta’ 2-2.

F’din il-partita lagħbu bosta eks-player li matul is-snin lagħbu fl-għola livelli tal-fubtol Malti. Qabel il-partita saret preżentazzjoni ta’ donazzjoni li kienet miġbura miż-żewġ timijiet.

Għal din l-attività attenda l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista David Agius fejn qal li attività bħal ta’ llum tgħaqqad l-isport flimkien mal-inklużjoni u l-familja. Bjorn Formosa li huwa l-persuna li waqqaf Dar Bjorn, irringrazzja lil dawk kollha nvoluti sabiex titellgħa din l-attivitià.