Lokali

“Qed nagħmel dak kollu meħtieġ biex nerġa’ nikseb lura l-kredibbiltà li jixraqlu pajjiżna” – Bernard Grech

Bħala Kap tal-PN qed naħdem u jekk inkun fdat bit-tmexxija tal-pajjiż se nkun qed nagħmel dak kollu meħtieġ biex nerġa’ nikseb lura l-fiduċja u l-kredibbiltà li jixraqlu pajjiżna.

Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt intervent telefoniku li saritlu il-Ħadd filgħodu fuq Net FM.  

Ftit tal-jiem ilu ħarġet l-aħbar li l-Istati Uniti, ir-Renju Unit u l-Ġermanja ħadu pożizzjoni kontra l-Gvern Malti fir-rapport tal-Financial Action Task Force (l-FATF). Fid-dawl ta’ dan Bernard Grech qal li din hi materja ta’ importanza nazzjonali u li tista’ tħalli effett negattiv bla preċedent fuq l-industrija tas-servizzi finanzjari ta’ pajjiżna, u dak tal-gaming fost l-oħrajn u għalhekk ħass il-ħtieġa li jagħmel il-parti tiegħu u  jikteb personalment lil-FATF. Huwa qal li anke jekk Malta tgħaddi  minn dan it-test,  sfortunatament il-ħsara fil-konfront ta’ pajjiżna diġà seħħet.

Bernard Grech qal li l-PN se jibqa’ jkun f’kuntatt dirett man-nies u dan qed ikun tifless fil-ħidma li qed issir fil-clusters politiċi. Eżempju ċar ta’ dan kienu l-proposti għal Għawdex li ħabbar l-PN aktar kmieni din il-ġimgħa… turija ċara ta’ kemm Għawdex qiegħed fiċ-ċentru tal-politika tal-PN. L-Għawdxin jinsabu mħassba ferm li taħt Gvern Laburista s-servizz tas-saħħa ma tjibx u għalhekk huwa biss l-Partit Nazzjonalista li qed joffri proposti konkreti għall-ġid ta’ Għawdex u l-Għawdxin.

Nieħdu lura l-kontroll tal-Isptar t’Għawdex f’idejna għaliex ma jistax ikun li l-popli Malti u Għawdxi jibqa’ jonfoq il-miljuni u jagħtihom lil operatur barrani li sfortunatment mhux qed iżżomm kellmtu mal-wegħdiet li kien ta.

Bernard Grech appella lill-Gvern biex jagħmel id-dikjarazzjoni tiegħu ħalli tingħata iktar għajnuna permezz ta’ apparat lill-persuni li jbatu mill-kunidizzjoni tad-dijabete sabiex huma wkoll jkollhom kwalità ta’ ħajja aħjar.

Partit Nazzjonalsita se jkun qed jaġħti l-kelma tiegħu li f’dan ir-rigward dan l-apparat għandu jibqa’ jiġi użat mill-persuni kollha illi bla dubju jagmlu differenza f’ħajjithom il-persuni li jbatu bid-dijabete.

Dwar is-saħħa mentali, Bernard Grech qal li l-PN qed jidentifika x’inhuma verament il-bżonnijiet tal-Maltin u l-Għawdxin kollha… fejn is-saħħa mentali qed tolqot lil ħafna nies, u kien għalhekk li l-PN qed jagħti l-attenzjoni meħtieġa lil dan is-settur.

Fost il-proposti li ressaq hemm li jkun hemm sptar mentali ġdid fil-prossimità tal-Isptar Mater Dei sabiex l-istigma li hemm dwar l-isptar mentali titneħħa.  Apparti dan il-PN qed iħares ukoll lejn kura li tingħata fil-komunita kif ukoll l-għajnuna li tingħata lil tfal sa minn età żgħira.

B’dan il-modi kollha u anke suġġerimenti oħra li ħarġu mill-cluster tas-saħħa, aħna nemmnu u konvinti li l-kura tas-saħħa mentali f’Malta tista’ titjieb għaliex se nkunu qegħdin inpoġġu s-saħħa mentali tal-poplu Malti u Għawdxi fuq quddiem nett għaliex hekk ukoll inkunu qegħdin naħdmu għal kwalità ta’ ħajja aħjar… li inti tgħix taqla’ l-flus pero l-flus mhumiex kollox, inti trid tgħix ukoll seren, trid tgawdi wkoll l-ħajja u trid tgħix ħajja b’saħħitha kemm fiżikament kif ukoll mentalment.

Ma naqasx li waqt dan il-kollegament Bernard Grech awguri minn qalbu lill-missirijiet kollha għal din il-ġurnata speċjali. Huwa qal li tajjeb li wieħed japrezza l-irwol tal-missier, fejn b’mod partikolari f’din il-ġurnata wieħed jiċċelebra l-importanza tar-relazzjonijiet u jagħmel l-aħjar memorji minn dawn l-avvenimenti.