EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

Rebħa biss, tista’ tpoġġi lill-Iżvizzera b’ċans ta’ kwalifikazzjoni

(Ritratt: EPA)

L-Iżvizzera tilgħab kontra t-Turkija fl-aħħar partita tal-grupp, fejn rebħa biss tissodisfa lit-tim Żvizzeru sabiex jidħol biċ-ċans li jikkwalifika permezz tat-tielet post, hekk kif l-aħjar erba’ mis-sitt timijiet li jtemmu fit-tielet post jikkwalifikaw għall-fażi li jmiss.

L-Iżvizzera għandha punt wieħed biss minn żewġ partiti hekk kif temmet fi draw kontra Wales u sofriet telfa kontra l-Italja. Minn naħa l-oħra t-Turkija minkejja l-aspetattiva qabel dan it-tournament, sofrew żewġ telfiet kontra Wales u l-Italja u b’hekk sfaw eliminati mill-kompetizzjoni.

Għall-Iżvizzera li kienu qed ibgħatu biex jiskorjaw żgur se jkunu qed jittamaw li l-attakkanti Breel Embolo u Haris Seferovic ikunu fl-aqwa forma tagħhom kif ukoll jiddependu mill-kreattività ta’ Xhedran Shaqiri u l-midfielder Granit Xhaka.

Fil-konfronti preċidenti, t-Turkija rebħu tmien partiti filwaqt li l-Iżvizzera rebħu erba’ partiti rispettivament.