Il-Prim Ministru Robert Abela għadu ma ndunax li l-PN ħareġ diġà għadd ta’ proposti u qed jippreżenta diġà il-viżjoni tiegħu permezz tal-politika li qed iwettaq.
Dan ħareġ tul intervista li kellu l-Ħadd filgħodu l-PM Robert Abela fuq ir-radju tal-Partit Laburista… fejn stqarr li l-PN għadu ma preżenta ebda proposti.
Iżda dan mhux immnu hekk kif il-PN fl’dawn l-aħħar xhur preżenta għadd ta’ proposti għal diversi setturi fosthom għas-settur tal-enerġija, għas-sigurtà, għat-turiżmu, għas-saħħa mentali u anki għal Għawdex. Fil-ġimgħat li ġejjin il-PN se jkun qed joħroġ ukoll diversi proposti li se jkunu qed jolqtu u jinvolvu setturi kruċjali oħra għal pajjiżna.
Matul l-intervista Robert Abela baqa’ ma semmiex kif il-poplu Malti u Għawdxi qed jinsteraq mill-Gvern tiegħu fil-mod ta’ kif qed jinħadmu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, naqqas milli jagħmel referenza dwar in-nuqqas ta’ użu tal-interconnector, hekk kif mill-2017 sal-lum, pajjiżna uża biss terz tal-enerġija provduta mill-Interconnector, minkejja li dan jibqa’ l-orħos sors ta’ enerġija u l-aktar sors nadif.
Waqt l-istess intervista, Robert Abela tkellem ukoll dwar il-pandemija, fejn qal li issa ninsabu fil-fażi ta’ rkupru. F’dawn l-aħħar ġimagħtejn…. diversi professjonisti fl-industrija tad-divertiment esprimew ir-rabja u d-diżappunt tagħhom għall-mod kif qed jiġu mwarrba u minsijin, b’Abela għal darb’oħra ma’ jagħmel ebda referenza għalihom.
Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista qal li Robert Abela għażel li wara li qed imexxi Gvern kontinwità ta’ qablu u ġab ir-reputazzjoni ta’ pajjizna f’xifer l-irdum, issa sab ruħu dahru mal-ħajt u qiegħed jara f’min se jwaħħal.
Ir-rapport tal-Financial Action Task Force (l-FATF) hu materja ta’ importanza nazzjonali għaliex jista’ jħalli effett negattiv bla preċedent fuq l-industrija tas-servizzi finanzjarji ta’ pajjiżna, u fuq is-settur tal-gaming fost l-oħrajn. Iżda r-responsabbiltà politika li pajjiżna jgħaddi minn dan ir-rapport taqa’ għal kollox fuq il-Gvern Laburista. Dan għaliex pajjiżna, wara tant snin ta’ sagrifiċċji, ma kien imissu qatt wasal s’hawn u dan żgur ma jpoġgix lil Malta fost l-aqwa fid-dinja, kif qiegħed jgħid Robert Abela, iżda bil-kontra.
//= $special ?>