Lokali

Robert Abela jrid jgħatti d-dnubiet tal-Labour billi jigdeb – PN

Robert Abela dalgħodu għażel li wara li qed imexxi Gvern kontinwitá ta’ qablu u ġab ir- reputazzjoni ta’ pajjizna f’xifer l-irdum, issa sab ruħu dahru mal-ħajt u qiegħed jara f’min sejjer iwaħħal.

Ir-rapport tal-Financial Action Task Force (l-FATF) hi materja ta’ importanza nazzjonali għaliex tista’ tħalli effett negattiv bla preċedent fuq l-industrija tas-servizzi finanzjarji ta’ pajjiżna, u fuq is-settur tal-gaming fost l-oħrajn izda r-responsabbiltà politika li ngħaddu minn dan ir-rapport taqa’ għalkollox fuq il-Gvern Laburista.

Dan għaliex pajjiżna, wara tant snin ta’ sagrifiċċji, ma kien imissu qatt wasalna sa hawn u dan żgur ma jpoġgix lil Malta fost l-aqwa fid-dinja, kif qiegħed jgħid Robert Abela, iżda bil-kontra. Il-politika nazzjonali teħtieġ bidla fil-mentalità u mhux eżerċizzju ta’ tick-the-box, kif qal Robert Abela.

U fin-nuqqas ta’ dan kien għalhekk li l-Kap tal-Oppożizzjoni kiteb ittra miftuħa lill-FATF sabiex jiddefendi l-interess nazzjonali ta’ pajjiżna.