Lokali

Sewwieq ta’ mutur fil-periklu tal-mewt wara inċident f’San Pawl il-Baħar

Dalgħodu, għal ħabta tad-09.00, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Dawret San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija marret immedjatament fil-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħet ħabta bejn karozza Mercedes misjuqa minn raġel mill-Afrika t’Isfel ta’ 43 sena, residenti n-Naxxar u mutur tat-tip Kawasaki, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 72 sena residenti l-Ħamrun.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza u ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Monica Vella ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ