Festi Kurżitajiet Lokali Mużika

Archibald Mizzi se jgħidilna dak li jgħidu l-Isqallin dwar ‘The King’

https://www.facebook.com/NETTVmalta/posts/10159009712764003

Għal dawk kollha li jħobbu l-festi u b’mod partikolari, żgur li semgħu b’Archibald Mizzi. Illejla Archibald Mizzi se jkun fostna tul il-programm PROFILI fejn se jgħidilna ħafna dwar in-namra tiegħu mal-mużika u s-suċċessi li kiseb sa issa.

Bi tbissima fuq fommu se jirrakonta mhux ftit dwar il-marċ bl-isem ta’ ‘The King’. Fi Sqallija iżda x’jagħmlu għal dan il-marċ? Meta ma jindaqqx xi jkun is-sentiment?

Kollox hemm imħejji għal PROFILI tal-lejla hekk kif issa qed noqorbu lejn tmiem din is-sensiela fejn rajna għadd ta’ personaġġi.

PROFILI flimkien ma’ Archibald Mizzi, fid-9.15pm fuq Net TV.