EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

Billy Gilmour pożittiv għall-Covid-19

Il-midfielder Skoċċiż Billy Gilmour nstab pożittiv għall-Covid 19 fl-aħħar testijiet fil-kamp tal-Iskozja. Gilmour issa jrid jagħmel 10 t’ijiem fi kwarantina manadatorja filwaqt li se jkun qed jitlef l-aħħar partita ta’ Grupp D kontra l-Kroazja.

Billy Gilmour ta’ 20 sena, iddebutta f’kompetizzjoni maġġuri għall-Iskozja fil-partita kontra l-Ingilterra, fejn kien ivvutat ukoll bħala l-aqwa plejer tal-partita.

Aktar kmieni, fil-preparamenti tagħhom għall-Euro 2020, il-kamp Skoċċiż kellu każ ieħor pożittiv ta’ Covid-19, fejn Josh Fleck kien irriżulta pożittiv qabel il-partita ta’ ħbiberija kontra l-Olanda.