L-Olanda jtemmu l-ewwel fil-grupp b’punti massimi
Fl-aħħar partita minn Grupp Ċ, partita mingħajr interess partikolari għall-klassifika finali, l-Olanda għelbu lill-Maċedonja ta’ Fuq 3-0. Din il-partita kienet waħda speċjali għall-attakkant u captain veteran tal-Maċedonja ta’ Fuq hekk kif kien qed jilgħab l-aħħar partita tiegħu mat-tim nazzjonali.
Wara bidu bilanċjat bejn iż-żewġ timijiet, kienu l-Maċedonja li ħasbu li marru fil-vantaġġ hekk kif fid-9 minuta minn pass tajjeb ta’ Pandev, kien Aleksandar Trajkovski li kkonkluda fil-baxx għal 1-0. Il-Maċedonja minkejja li ma kellhom il-maġġornaza tal-pusses, resqu viċin għal darb’oħra li jiftħu l-iskor hekk kif kien Trajkovski li ra x-xutt tiegħu mid-distanza jaħbat mal-wieqfa. Kienu iżda, l-Olanda li fetħu l-iskor fit-23 minuta meta minn kontrattakk veloċi, kien Memphis Depay li kkonkluda fuq pass ta’ Donyell Malen.
Fit-tieni taqsima, l-Olanda komplew fejn ħallew u minn corner ta’ Depay, id-daqqa ta’ ras ta’ De Ligt kien mtajjra’ minn fuq il-linja minn Trickovski. It-tieni gowl tal-Olanda, wasal fil-50 minuta meta minn azzjoni maħduma b’mod tajjeb, kien cross fil-baxx ta’ Depay, bil-captain Wijnaldum jixħet ġewwa mill-viċin għal 2-0. It-tim ta’ Frank de Boer kompla jiddomina u fis-57 minuta kien għal darb’oħra Wijnaldum li mill-viċin għamilhom 3-0.
Maċedonja ta’ Fuq: S. Dimitrievski, S. Ristovski, D. Velkovski, V. Musliu, E. Alioski, I. Trickovski, E. Bardi, A. Ademi, A. Trajkovski, E. Elmas, G. Pandev
Olanda: M. Stekelnburg, D. Dumfries, S. De Vrij, M. De Ligt, D. Blind, P. Van Aanholt, F. de Jong, G. Wijnaldum, R. Gravenberch, M. Depay, D. Malen
Referee: I. Kovacs
Assistenti referees: V. Marinescu, O. Artene
//= $special ?>