Il-Belġju jikkonfermaw il-qawwa tagħhom b’rebħa konvinċenti
Il-Belġu kkonfermaw il-qawwa tagħhom u li se jkunu fost l-isfidanti għar-rebħ tal-Euro 2020 meta fl-aħħar partita minn Grupp B għelbu lill-Finlandja 2-0 biex b’hekk rebħu dan il-grupp b’punti massimi.
Minkejja li l-Belġju kellhom aktar mill-inizjattiva fl-ewwel taqsima, l-Finlandja rnexxielhom jikkontrollaw lill-avversarji hekk kif baqgħu jiddefendu l-punt li jpoġġijom mal-aħħar 16 tal-kompetizzjoni.
Fit-tieni taqsima, l-Belġju baqgħu jiddominaw il-pusses u minkejja li kienu qed jersqu lejn il-kaxxa avversarja ftit li xejn ħolqu periklu, għajr għal xutt fis-56 minuta meta minn pass ta’ Axel Witsel, Nacer Chadli ra x-xutt tiegħu jkun parzjalment salvat, l-istess kien newtralizzat ix-xutt ta’ Eden Hazard żewġ minuti wara meta kkonkluda minn corner mogħti mill-ewwel minn De Bruyne.
Il-gowl tal-Belġju wasal kwarta mit-tmiem meta minn corner ta’ De Bruyne d-daqqa ta’ ras ta’ Thomas Vermaelen ħabtet mal-wieqfa, bil-ballun jaħbat mal-goalkeeper Finlandiż u jidħol fix-xibka għal 1-0. It-tim imexxi minn Roberto Martinez irdoppja fil-81 minuta meta kien l-attakkant Romelu Lukaku li b’xutt fuq id-dawra għamilhom 2-0.
Finlandja: L. Hradecky, P. Arajuuri, D. O’Shaughnessy, J. Toivio, G. Kamara, R. Lod, T. Puuki, T. Sparv, J. Uronen, J. Pojhanpalo, J. Raitala
Belġju: T. Courtois, T. Vermaelen, D. Boyata, A. Witsel, K. De Bruyne, R. Lukaku, E. Hazard, J. Denayer, N. Chadli, L. Trossard, J. Doku
Referee: F. Brych
Assistenti referees: M. Borsch, S. Lupp
//= $special ?>