Id-Danimarka jikkwalifikaw kontra kull mistenni
Fl-ewwel minuti tal-partita d-Danimarka iddominaw ir-ritmu u l-pusses tal-ballun iżda ftit li xejn resqu lejn il-lasti difiżi mill-goalkeeper Russu Mtvey Safonov. Madanakollu l-ewwel azzjoni perikolluża waslet mit-tim Russu, meta fis-17-il minuta wara azzjoni personali kien Alexander Golovin li mpenja li Kasper Shmeichel, bil-goalkeeper Daniż isalva tajjeb.
Fit-28 minuta l-aktar azzjoni perikoluża tad-Danimarka hekk kif ix-xutt mid-distanza ta’ Pierre Emile Hojberg għadda ftit ‘l barra mil-lasti Russi. Il-pressjoni tad-Daniżi ħalliet l-impatt mixtieq fit-38 minuta meta Mikkel Damsgaard għeleb li Safanov b’xutt mill-isbaħ mid-distanza għal 1-0.
Fit-tieni taqsima d-Daniżi komplew jikkontrollaw il-partita u fid-59 minuta huma rdoppjaw, meta minn żball difensiv ta’ Roman Zobnin, kien Yussuf Poulsen li approfitta u tefa’ f’lasta vojta għal 2-0. Madanakollu r-Russi ngħataw penalty fit-86 minuta meta Jannik Vestergaard deher iwaqqa’ lil Aleksander Sobolev fil-kaxxa. Mill-ħdax-il metru inkariga ruħu Artem Dzyuba li ma żbaljax għal 2-1. Fit-78 minuta d-Danimarka skorjaw it-tielet gowl tagħhom meta minn xutt mid-distanza bis-saħħa Andreas Chrsitensen ma ta l-ebda ċans lil goalkeeper isalva għal 3-1. Biex fil-81 minuta id-Danimarka għamluhom erba’ meta minn kontrattakk veloċi kien Joakim Maehle li sab ix-xibka għal 4-1.
Russja : M.Safonov, I.Diveev, G.Dzhikiya, F.Kudryashov, M.Fernandes, D.Kuzyeav, M.Ozdoev, R.Zobnin, A.Miranchuk, A.Golovin, A.Dzyuba
Danimarka : K.Schmeichel, A.Christensen, S.Jaer, J.Vestergaard, D.Wass, P.Hojberg, T.Delaney, J.Maehle, M.Damsagaard, Y.Poulsen, M.Braithwaite
Referee: C.Turpin
Assistenti Referees: N.Danos, C.Gringore
//= $special ?>