EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

EURO 2020 | Grupp Ċ: Ukrajna 0 – 1 Awstrija

L-Awstrija fin-knockout tal-Kamjonati Ewropej għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom

Fl-ewwel minuti tal-partita l-Awstrija kienu l-aktar tim dominanti, fejn kellhom pusses tal-ballun aħjar mill-Ukreni. Fil-ħmistax-il minuta wasal l-ewwel xutt mill-Awstrija meta l-konklużjoni ta’ Marko Arnautovic kienet devajata għall-corner. Biex fl-20 minuta l-pressjoni Awstrijaka ħalliet l-impatt mixtieq, hekk kif minn corner ta’ David Alaba, kien Christoph Baumgartner li żmarkat fil-kaxxa ikkonkluda ġewwa għal 1-0.

Fit-28 minuta tasal l-ewwel azzjoni denja ta’ nota tal-Ukrajna, meta Ruslan Malinovsky qata’ tajjeb mil-linja xellugija, bil-goalkeeper Awstrijakk Daniel Bachmann jsalva tajjeb. Fis-36 minuta xutt ta’ Stefan Lainer kien imdawwar f’corner mill-goalkeeper Ukren. Fil-41 minuta ċans tad-deheb għall-Awstrija li jagħmluhom tnejn, hekk kif minn kontrattakk veloċi, Marko Arnautovic naqas milli jitfa’ fix-xibka minn pożizzjoni favorevoli.

Fit-tieni taqsima l-Awstrija komplew jiddominaw, iżda fil-61 minuta l-Ukrajna kienu viċin il-gowl, meta minn cross mix-xellug id-difensur Stefan Lainer tefa’ bir-ras fid-direzzjoni tal-lasta tiegħu, bil-goalkeeper Bachmann ikun attent u jdawwar f’corner. Minbarra din l-azzjoni iż-żewġ timijiet ftit li xejn resqu lejn il-lasti opposti, bl-Awstrija jkunu t-tim li jikkwalifika bit-tieni post, flimkien mal-Olanda li temmew fl-ewwel post ta’ Grupp Ċ, bl-Ukrajna jtemmu fit-tielet post. Min-naħa l-oħra l-Awstrija se jiltaqgħu kontra l-Italja fil-fażi tal-aħħar sittax.

Ukrajna: G. Buschchan, S. Sydorchuk, A. Yarmolenko, R. Malinovskyi, R. Yaremchuk, M. Shaparenko, I. Zabarnyi, V. Mykolenko, A. Zinchenko, O. Karavaev, M. Matviyenko

Awstrija: D. Bachmann, A. Dragovic, M. Hinteregger, M. Arnautovic, D. Alaba, M. Sabitzer, F. Grillitsch, C. Baumgartner, S. Lainer, X. Schlager, K. Laimer

Referee: C. Cakir

Assistenti referees: B. Duran, T. Ongun