EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

Għalfejn Mancini għażel li jbiddel il-goalkeeper fl-aħħar mumenti tal-partita?

(Ritratt: EPA)

Ilbieraħ waqt l-aħħar partita minn Grupp A bejn l-Italja u Wales, fid-89 minuta, il-kowċ Taljan Roberto Mancini għamel bidla stramba hekk kif għażel li jibdel lill-goalkeeper Gianluigi Donnarumma u minfloku daħal il-goalkeeper veteran Salvatore Sirigu, biex b’hekk idebutta f’din il-kompetizzjoni u sar l-25 minn 26 li lagħab għall-Italja fl-Euro 2020.

Din il-bidla kienet motivata mill-fatt li fit-Tazza tad-Dinja tal-1990 li kienet inżammet fl-Italja, Mancini kien parti mill-iskwadra tal-Italja f’dak it-tournament iżda ma ngħatax iċ-ċans li jilgħab, b’Mancini jiddeskrivi dak l-episodju bħala l-unika rimors li kellu fil-karriera tiegħu bħala player.

Minn meta ħa f’idejh it-tmexxija tat-tim Taljan, Mancini rnexxielu jwaqqaf rekord ġdid hekk kif l-Italja ilha 30 partita ma ssofri telfa.