Futbol Sport

Hakan Calhanoglu mistenni jingħaqad ma’ Inter

(Ritratt: EPA)

Il-midfielder Tork Hakan Calhanoglu mistenni fis-sigħat li ġejjin jiffirma ma’ Inter wara li laħaq ftehim mal-istess klabb hekk kif il-kuntratt tiegħu mar-rivali Milan ġie fi tmiemu.

Calhanoglu ilu f’diskussjonijiet ma’ Milan biex iġedded il-kuntratt tiegħu mal-klabb għal bosta xhur iżda jidher li ma ntlaħaqx ftehim, bil-player issa mistenni jiffirma kuntratt ta’ tliet snin. il-midfielder ta’ 27 sena ssieħeb ma’ Milan fl-2017 fejn lagħab 135 partita u skorja 22 gowl.